Is-servizzi sigrieta qed iżommu raġel arrestat wara li daħal bil-karozza tiegħu fid-daħla tal-White House s-Sibt filgħaxija. Ir-raġel qal lill-uffiċjali li fil-karozza tiegħu huwa kellu bomba.
Għadu ma ġiex verifikat jekk l-apparat li kellu fil-karozza kienx apparat splussiv. Is-sigurtà fil-White House żdiedet fl-aħħar mumenti u qed issir l-investigazzjoni.
Dan l-inċident seħħ fil-11.05pm. Il-President Donald Trump bħalissa jinsab f’Mar-a-lago fi Florida u għalhekk bħalissa ma jinsabx fil-White House.
Numru ta’ toroq fiż-żona tal-White House ngħalqu għall-pubbliku kmieni l-Ħadd filgħodu, għal dik li qed tiġi msejjħa mis-servizzi sigrieta bħala “investigazzjoni kriminali.”