Rapport li wasal għand il-Pulizija dwar theddida ta’ bomba wassal għal tfittxija fin-negattiv f’żewġ ristoranti tal-McDonalds. Wieħed li jinsab fi Spinola f’San Ġiljan u ieħor f’Baystreet f’Paceville.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:30 meta l-Pulizija u l-Bomb Disposal Unit issejħu fi Triq San Ġorġ fejn minn hemm bdiet l-evakwazzjoni tar-ristorant li jinsab fi Spinola, bit-tfittxijiet jibdew fl-istess ristorant. Minn hemm it-tfittxija fortunatament rriżultat fin-negattiv fejn il=Pulizija rħewlha lejn Baystreet fejn komplew bit-tfittxijiet fir-ristorant li jinsab fil-kumpless.
Fortunatament it-tieni tfittxija rriżultat wkoll fin-negattiv.