Kollox irriżulta fin-negattiv meta membri tal-Forzi Armata ta’ Malta, mis-sezzjoni tal-Bomb Disposal Unit, wettqu operazzjoni dwar allegat bomba li tpoġġiet ma’ karozza fil-lokalità ta’ Ħal Qormi fl-inħawi tal-Flamingo.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:30 fi triq is-Sebħ f’Ħal Qormi.
Konsegwenza ta’ dan ingħalqu numru ta’ toroq fil-viċinanzi iżda issa kollox jinsab lura għan-normal hekk kif dan il-każ intemm fuq nota pożittiva.