Wara theddida ta’ attakk terroristiku Islamiku, ġew imħassra tliet kunċerti li kellha ttella’ l-kantanta ta’ fama mondjali Taylor Swift fi Vjenna, għall-kunċert tagħha, The ERAS Tour, li kien se jsir f’Ernst Happel Stadium.
ONE News jinsab infurmat li hemm diversi Maltin Vjenna, li kienu se jattendu għal dawn il-kunċerti.
Dan bil-għan li tiġi prijoritizzata s-sigurtà mhux biss tal-kantanta, iżda dawk kollha li jattendu għal dan il-kunċert, u b’hekk dawn se jingħataw rifużjoni.
B’rabta ma’ dan il-każ, diġà ġew arrestati żewġ persuni, hekk kif il-Gvern Awstrijakk, ikkonferma dan il-każ.
Fir-residenza ta’ wieħed mill-imputati, instabu xi kimiċi, li qed jiġu eżaminati.
Dan l-avveniment, mifrux fuq tliet ijiem kien se jara attendenza ta’ 65,000 persuna, kif ukoll madwar 22,000 persuna oħra barra.