Kumpless tax-xiri f’Essen ġie ngħalaq minn uffiċjali tal-Pulizija Ġermaniżi wara theddida ta’ attakk terroristiku. Wara sensiela ta’ attakki, l-Ġermanja tinsab fuq stat ta’ allert massimu.
Dan il-kumpless ingħalaq wara li membri tas-sigurtà rċievew informazzjoni minn imkejjen ta’ min jorbot fuqhom li kien qed jiġi pjanat attakk qrib l-istess żona li ngħalqet għall-pubbliku.
Fil-Ġermanja, dan huwa wieħed mill-akbar kumplessi tax-xiri hekk kif fih aktar minn 200 ħanut. Essen jinsab fir-reġjun industrijali ta’ Ruhr.