Numru ta’ pajjiżi qed jgħidu kif hemm theddida serja ta’ attakk terroristiku fl-Ajruport ta’ Kabul u qed javżaw liċ-ċittadini sabiex ma jivjaġġawx lejn dawn in-naħat.
Fost dawn kien hemm l-Awstralja, l-Istati Uniti u r-Renju Unit li qalu partikolarment liċ-ċittadini tagħhom sabiex ma jersqux lejn l-Ajruport ta’ Karzai.
Aktar minn 82,000 ġew evakwati s’issa, propju għaxart ijiem wara li t-Talbani ħadu lill-Afganistan taħt idejhom.
Bosta pajjiżi qed iħaffu jevakwaw aktar persuni sal-31 ta’ Awwissu.
Eluf ta’ ċittadini għadhom qed jistennew ġo u barra l-ajruport bil-tama li jitilqu mill-pajjiż.