Theddida ta’ bomba ħarbtet il-ħidma fil-Qorti dan hekk kif kulħadd ġie ordnat joħroġ barra mill-Qorti bħala prekwazzjoni.
Fuq il-post issejħu membri mill-Bomb Disposal Unit biex flimkien ma’ klieb mħarrġa apposta jagħmlu t-tfittxija permezz tax-xamm tal-klieb.
Wara tfittxija intensiva, il-Bomb Disposal Unit setgħu jikkonfermaw li ma kien hemm ebda bomba fuq il-post u li kollox seta’ jmur lura għan-normal.