Ħdax-il membru Parlamentari Ġermaniż ta’ oriġina Torka tpoġġew taħt il-protezzjoni tal-pulizija. Huma rċivew theddid ta’ mewt wara li appoġġjaw deċiżjoni biex il-massakru tal-Armeni mit-Torok Ottomani fl-1915 jitqies bħala ġenoċidju.
Il-Ministeru Ġermaniż għall-Affarijiet Barranin wissa lill-membri parlamentari ta’ oriġini Torka biex ma jivjaġġawx lejn it-Turkija, hekk kif qal li s-sigurtà tagħhom hemmhekk ma tistax tkun garantita. Id-deċiżjoni tal-Parlament Ġermaniż irrabjat lil dak Tork, li ma jagħrafx il-qtil li seħħ bħala ġenoċidju.