Ir-Russja qed thedded li tqatta’ l-karti minn mal-Unjoni Ewropea jekk din tal-aħħar timponi sanzjonijiet ġodda, li kapaċi jkunu ta’ piż fuq l-ekonomija Russa.
L-Unjoni Ewropea qed tikkunsidra sanzjonijiet friski fid-dawl tal-mod kif ġie trattat l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny, kemm ilu arrestat.
Tul din il-ġimgħa, Diplomatiċi miż-żewġ naħat tilfu l-karigi tagħhom minħabba dan kollu, wara li l-Gvern Russu ħareġ jallega li xi diplomatiċi għolja mill-Unjoni Ewropea kienu parteċipi fi protesta favur Navalny.
L-Unjoni Ewropea qed tiċħad dan.