Investigatur privat Amerikan tenna mal-BBC li huwa kien ġie mqabbad u mħallas mill-ġurnal The Sun sabiex jikseb informazzjoni dwar id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle fil-bidu nett tar-relazzjoni tagħha mal-Prinċep Harry.
L-investigatur Daniel Hanks tenna li huwa aċċessa kull informazzjoni dettaljata possibbli inkluż in-numru tas-sigurtà soċjali, l-indirizz u n-numru tat-telefon ta’ Markle u tal-qraba tagħha.
Il-pubblikatur ta’ The Sun tenna li huwa talab għal riċerka leġittima u wissa lil Hanks biex jaġixxi skont il-liġi matul l-investigazzjonijiet tiegħu.
Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussexx tennew li dan kien mument ta’ riflessjoni għall-industrija tal-midja.