Illejla għall-ħabta tad-9pm, is-sema Għawdxija se tixgħel b’nar tal-ajru mill-isbaħ, f’xow tan-nar ieħor mill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina 1973.
Ix-Xagħra hi waħda mill-erba’ parroċċi f’pajjiżna li bħalissa qed jiċċelebraw it-twelid ta’ Marija Bambina.
L-ispettaklu, bl-isem ‘The Night of Victory’, ilu jsir mill-2005 u kien l-ewwel spettaklu piromużikali f’Għawdex.
Il-ħarqa, li ssir permezz tas-sistena Firetek minn fuq l-Għolja tan-Nuffara, se tkun sikronizzata mal-mużika u se tinkludi blalen kbar, beraq u kulur, beraq pront u murtali tal-kulur, fost l-oħrajn.
Ta’ min jinnota kif hemm stennija kbira għal dan ix-xow kbir, b’bosta Maltin ġej Għawdex apposta għalih.