Dawk kollha li segwew mill-qrib is-sensiela ta’ films ta’ The Matrix se jkunu qed jerġgħu jaraw lill-attur Keanu Reeves u l-attriċi Carrie-Anne Moss fl-irwol tagħhom hekk kif The Matrix se jkun qed jerġa’ jirritorna għar-raba’ film. Wieħed mill-imħuħ ta’ The Matrix, Lana Wachowski se tkun qed tikteb, tidderiġi u tipproduċi l-film, it-tielet film wara li ħareġ l-oriġinali fl-1999.
Wachowski ħabbret ir-ritorn ta’ The Matrix fejn spjegat kif dan il-film se jkun qed jgħaqqad l-istorja kollha f’daqqa u li ħafna affarijiet se jagħmlu sens għal min ra l-films ta’ qabel.
L-ewwel tlitt films għamlu qligħ ta’ aktar minn wieħed punt sitt biljun dollaru b’mod globali.