Fis-serata tal-Emmys lbieraħ flgħaxija, fejn jiġi ppremjat l-aqwa talent tat-televiżjoni Amerikan, sabu ruħhom fil-quċċata tal-premjijiet is-serje televiża ‘The Handmaid’s Tale’, il-miniserje ‘Big Little Lies’ u x-xow satiriku ‘Saturday Night Live’.
Is-serje ‘The Handmaid’s Tale’ rebaħ ħames premjijiet, fosthom tal-aħjar serje tad-drama, l-aħjar attriċi għal Elisabeth Moss u l-aħjar attriċi fi rwol sekondarju għal Ann Dowd.
‘Big Little Lies’ ħa wkoll ħames premji fil-kategoriji tas-serje limitata, fosthom rebħiet għal Nicole Kidman u Laura Dern.
Il-programm tat-televiżjoni ‘Saturday Night Live’, li huwa magħruf għall-iskeċis satiriċi b’laqta politika, rebaħ disa’ Emmys, inklużi tal-aħjar serje ta’ varjetà, u premji għall-attriċi Kate McKinnon u Melissa McCarthy.
Tul il-lejla tal-Emmys Awards ma naqsux ir-referenzi komiċi u botti għall-presidenza ta’ Trump.