Il-gazzetta rinomata Britannika, The Guardian, identifikat lill-gżira Għawdxija bħala wieħed mill-aħjar għaxar postijiet fejn wieħed għandu jqatta’ l-btajjel tal-Milied.
F’artiklu, intitolat ‘Ten Great Xmas Getaways’, il-gazzetta, li għandha waħda mill-akbar ċirkolazzjonijiet fir-Renju Unit u fl-Ewropa, tiddeskrivi lil Għawdex bħala “mini Malta”, iżda aktar kwieta fl-aħjar mod possibbli
Fost l-oħrajn tirrakkomanda lill-vjaġġaturi biex iqattgħu l-btajjel tagħhom fil-‘Gżira tat-Tliet Għoljiet’ u jiskopru fost l-aktar postijiet storiċi meraviljużi li jeżistu, bħat-Tempji tal-Ġgantija u l-kapitali Victoria, fil-fortifikazzjoni taċ-Ċittadella.
Mingħajr ukoll ma tirreferi għall-attrazzjonijiet speċjali għal dan iż-żmien festiv, il-gazzetta tirrakkomanda mixjiet spettakolari fl-ambjent Għawdxi, inkluż fir-Ramla l-Ħamra, li tiddeskriviha bħala probabbilment l-isbaħ bajja fuq il-gżira.
The Guardian diġà kklassifikat lil pajjiżna għal diversi raġunijiet oħrajn tajbin, inkluż bħala d-destinazzjoni kulturali fil-bidu ta’ din is-sena.