F’Liverpool fir-Renju Unit qed jissoktaw il-provi għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Eurovision Song Contest.
Kien hemm reazzjoni pożittiva għall-grupp li se jirrappreżenta lil Malta, The Busker, li ħa miegħu fil-post bosta props bħal bank, lampa tad-dawl tat-triq, dar ċkejkna, karozza, u mudelli tal-kartun imqasqsin ta’ kantanti li rrappreżentaw lil Malta f’dan il-festival fil-passat.
Fi tmiem ir-rappreżentazzjoni tal-kanzunetta ‘Dance (Our Own Party)’, il-membri tal-grupp bidlu l-ħwejjeġ u minflok is-sweatshirts ħadulhom posthom flokkijiet b’sekwini lewn il-fidda.
Fl-ewwel semifinali, li se ssir nhar it-Tlieta 9 ta’ Mejju, Malta se tkun it-tieni pajjiż li se jkanta.