Il-Ħadd waranofsinhar, il-grupp Malti The Busker kienu preżenti fil-ftuħ uffiċjali tas-67 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, f’Liverpool, f’dak magħruf bħala t-‘Turquoise Carpet’.
Il-ftuħ taċ-ċerimonja sar quddiem is-St George’s Hall, fil-qalba tal-belt ta’ Liverpool.
F’kummenti fuq dan it-tapit turqouise, il-grupp Malta qal li l-esperjenza tagħhom f’din il-kompetizzjoni hija ħolma li qed issir realta.
The Busker se jkantaw fit-tieni post fl-ewwel semi finali nhar it-Tlieta li ġej.
Il-Ħamis issir it-tieni semi finali, waqt li s-Sibt li ġej se ssir il-finali tal-Eurovision Song Contest – fejn se jkun determinat min se jirbaħ din il-kompetizzjoni.
Ara l-ftuħ uffiċjali tal-Eurovision 2023 f’Liverpool hawn taħt: