Fi stqarrija, il-Kurja ħabbret il-mewt tal-Isqof Emeritu Mons. Paul Darmanin, li miet matul il-lejl li għadda, fl-età ta’ 82 sena.
Fl-1984, Monsinjur Darmanin inħatar bħala l-ewwel Isqof tad-Djoċesi ta’ Garissa fil-Kenja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa dam imexxi din id-djoċesi sal-2015.
Wara, irtira hawn Malta u kien jgħix fil-Kunvent tal-Franġiskani Kapuċċini fil-Furjana.