F’temp ta’ ftit jiem Simon Busuttil għamel U-turn fejn jidħlu l-ħsibijiet tiegħu dwar il-paga minima. Filli jgħid li ma jemminx li din għandha tiżdied, u filli, għax il-Prim Ministru qal li jeħtieġ djalogu studjat, biddel il-verżjoni.
Staqsejna lil Gejtu Vella, eks Segretarju Ġenerali tal-UĦM u kandidat tal-Partit Nazzjonalista, jekk din tħassbux. Wara mumenti fejn evita li jwieġeb b’mod dirett, fl-aħħar kellu jammetti li anke lilu tinkwetaħ li kwistjoni daqtant importanti qed tkun indirizzata b’nuqqas ta’ viżjoni ċara jew kjarezza.