Il-Gvern Amerikan qed juri tħassib dwar azzjonijiet li għaddejjin fit-Tajwan biex jimminaw il-paċi fil-pajjiż. Dan ikkonfermah wieħed mill-konsulenti dwar is-sigurtà Nazzjonali għall-Istati Uniti wara li l-Gvern Ċiniż bagħat numru ta’ ajruplani militari fiż-żona tad-Difiża mill-ajru tat-Tajwan.
Dan tal-aħħar jitqies bħala Stat Sovran, iżda ċ-Ċina tħares lejn il-pajjiż bħala parti minnha, u ma ġiex eskluż l-użu tal-forza biex iż-żewġ pajjiżi jingħaqdu.