Roqgħa żejt li kienet barra mill-kosta ta’ Kalifornja waslet sax-xatt bil-konsegwenza li qatlet ħafna mill-ħajja marittima u kkontaminat il-bajjiet.
Dan seħħ hekk kif ħareġ mat-3,000 barmil żejt li kkontamina 33 kilometru kwadru ‘il barra mill-kosta ta’ Orange County.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Awtoritajiet issa qed jipprovaw jikkontrollaw il-firxa taż-żejt permezz tal-ilqugħ apposta, filwaqt li bugħaddasa qed jaraw x’ikkawża dan il-ħruġ taż-żejt.