L-Assoċjazzjoni Nazzjonali Maltija tal-Foster Care wriet it-tħassib tagħha dwar il-ħruġ ta’ care orders f’każijiet serji ta’ abbuż ta’ tfal.
Fi stqarrija rreferiet għall-każ ta’ tifel ta’ sitt snin li missieru kien qed iġiegħlu jieħu sehem f’atti sesswali ma’ prostituti u jesponih għall-abbuż tad-drogi.
L-Assoċjazzjoni sejħu lill-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali joħroġ ordni ta’ ħarsien b’mod immedjat.
Sostnew li “każ serju bħal dan jistħoqqlu care order u mhux firma mill- ġenituri biex it-tifel jiddaħħal f’dar residenzjali.”