Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela appella lill-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM, Martin Balzan biex ma jkomplix iħalli lill-marid ibati, fejn tenna li dan offrilu minn kollox.
Permezz ta’ kitba fuq Facebook u b’reazzjoni għal stqarrija tal-istess MAM, il-Ministru Abela qal kif, waqt laqgħa oħra llum, kien ovvju li Dr Balzan naqas milli jitkellem ma’ sħabu dwar dawn il-proposti, tant li qabad u telaq ’il barra kemm-il darba.
Tenna li bosta milll-proposti ilhom jiġu diskussi, fejn ir-risposta finali ta’ Martin Balzan illum kienet li lest jipparalizza l-pajjiż billi jagħlaq iċ-ċentri tas-saħħa.
Il-Minsitru għas-Saħħa qal li stieden lill-MAM għall-laqgħa oħra nhar it-Tnejn li ġej.