Somma ta’ €50,000 tħalliet f’wirt ta’ persuna għall-iskola primarja ta’ Bormla.
Dan kien żvelat mill-Ministru għall-Edukazzjoni, Justyne Caruana fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari.
Hija nnutat kif persuna kienet ħalliet is-somma ta’ €50,000, liema fondi ġew rilaxxati s-sena l-oħra.
Il-Ministru saħqet kif skont ix-xewqa tal-individwu dawn il-fondi ser ikunu investiti fl-iskola għal ġid tal-akbar numru ta’ studenti.
Fl-iskola primarja ta’ Bormla jattendu mal-mitejn student.