Id-Deputat Nazzjonalista David Thake mistenni jirriżenja mill-Parlament fis-sigħat li ġejjin.
Sorsi mid-Dar Ċentrali qalu li lbieraħ saru laqgħat bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech u d-Deputat David Thake bil-għan li jkun hemm soluzzjoni ċara ta’ kif tkun evitata r-riżenja.
Dan wara l-aħbarijiet skandalużi fl-aħħar ġimgħat.
Jirriżulta li Bernard Grech dejjem aċċetta l-pożizzjoni ta’ Thake u kien lest jakkomodah billi sostna li kien kuntent bis-sospensjoni li ħabbar sa issa.
Sospensjoni li l-Partit Laburista ddeskriva bħala finta.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa kien hemm pressjoni ma taqta’ xejn u Thake jidher li se jċedi anke jekk għandu l-appoġġ tal-Kap.
Fost oħrajn nies qrib l-eks Kap Adrian Delia sabtu saqajhom internament u qalu li wara l-mod kif kien stmat Delia l-inqas li jippretendu hu li Thake iwarrab.
Sostnew li jekk ma jiġrix hekk se jkun hemm il-konsegwenzi.
Fl-istess ħin jafu li jekk tgħaddi tagħhom ikunu taw daqqa lil Bernard Grech li wkoll għamel snin ma jħallasx it-taxxa qabel daħal fil-politika u nkixef mill-mezzi tax-xandir.
Jirriżulta li internament dan il-każ reġa’ qajjem ferment u David Thake ftit li xejn baqalu għażla għax inkella hemm minn fil-Partit Nazzjonalista, li se jkompli jżid il-pressjoni fuqu.