Illejla d-Deputat David Thake tilef ruling dwar ksur ta’ privileġġ li ressaq fil-konfront tal-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, li espona ċertu affarijiet dwar kif trid tkun konformi mal-liġi biex tgawdi mill-iskema tad-differiment tat-taxxa.
Fid-deċiżjoni tiegħu, Dr Anġlu Farrugia nnota kif David Thake ma talabx għal ruling dwar ksur ta’ privileġġ mal-ewwel opportunità li kellu skont proċeduri parlamentari.
L-Ispeaker sostna li l-ewwel opportunità li David Thake kellu sabiex jitlob għal ruling kien propju fil-ġurnata tad-diskors tal-Ministru Bartolo u mhux l-għada u b’hekk ma hemm bażi għal investigazzjoni dwar ksur ta’ privileġġ.
AQRA WKOLL: