Fost dawk li ħarġu jiddefendu lil Alan Montanoro, wara li kien imċanfar mill-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji u kienu żvelati messaġġi razzisti li bagħat u li fil-mira tagħhom kien hem tfal mill-Kambodja, hemm David Thake. Il-kunsillier tal-Partit Nazzjonalista ħass li għandu jitkellem b’mod pożittiv dwaru u jiddefendih minn min fuq facebook daħal biex jikkritikah.
Taħt post fuq Facebook fejn Montanaro prova jiġġustifika l-għemil tiegħu, ireaġixxa Franco Debono li fost oħrajn kiteb: “Very funny Montanaro. Ilek tipprova ddaħħaq u fl-aħħar irnexxielek.”
Lanqas għaddiet minuta li għal Montanaro, ammiratur ta’ Daphne Caruana Galizia, ħareġ għonqu ammiratur ieħor tal-istess blogger, David Thake.
“Meta xi ħadd jipprova jdaħħaq u jirnexxielu, dak ifisser li tajjeb fix-xogħol tiegħu,” kiteb Thake biex minn hawn infetħet diskursata xejn ta’ ħbieb bejn Debono u Thake. B’tal-ewwel jgħidlu li kien l-agħar għalliem li qatt kellu u l-ieħor iwieġbu billi jgħidlu jmur ifittex l-atrenzjoni x’imkien ieħor.
Iżda, li dejjaq persuni li tkellmu magħna huwa l-mod kif Thake, preżentatur ewlieni tal-Partit Nazzjonalista ħass li għandu jassoċja ruħu ma’ Montanaro ftit sigħat wara li kien espost aġir mill-iktar kontroversjali minn naħa tiegħu.
Montanaro jmexxi għaqda volontarja maħsuba biex tgħin it-tfal. Iżda, minbarra li qamu dubji dwar il-mod xejn trasparenti kif allegatament imexxiha nislu iktar rabja messaġġi fil-konfront tat-tfal li jidhru fir-ritratt. Però jidher li għal David Thake l-iktar importanti li Montanaro jaf idaħħaq.