Id-Deputat Nazzjonalista responsabbli mill-proġetti kapitali weħel meta kien mistoqsi dwar il-mina bejn Malta u Għawdex.
Fil-programm fuq 103FM mal-Professur Andrew Azzopardi, David Thake l-ewwel rrepeta li l-Partit Nazzjonalista jrid referendum fuq il-proġett tal-mina mbagħad donnu reġa’ bdielu.
Meta kien mistoqsi: “Temmen li veru għandu jkun hemm referendum. Taqbel magħha din?”
David Thake stqarr: “Ara.”
Meta reġa’ kien mistoqsi: “M’hemmx ara, iva jew le, ċara, iva jew le ta jgħiduli iva jew le?”
David Thake tenna: “Il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista hija dik. Issa jista’ jkun hemm min ma jaqbilx ma’ dik il-pożizzjoni Nazzjonalisti jew Laburisti, mela ma jkunx hemm.”
Il-Preżentatur reġa’ staqsa lil Thake: “Jiġifieri int ma taqbilx naħseb jiena?”
Thake tenna: “Kieku għalija jien…”
Andrew Azzopardi sostna: “Imma int il-Kelliem tal-Proġetti ta’…”
David Thake kompla jgħid: Ara jien, personalment…”
Iżda l-Preżentatur qallu, “Le issa personalment.”
Iżda l-Preżentatur hawnhekk innota li l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista hija inkonsistenti, anki wara li fil-Parlament, dan il-partit ivvota favur mal-Gvern biex il-mina bejn iż-żewġ gżejjer issir: “Inti tara xi ħaġa, ħarira sens illi issa l-Għawdxin iridu jivvutaw jekk għandiex issir il-mina jew le, qas tagħmel farka sens, sorry is-Central Link missna għamilna referendum għan-nies ta’ Ħ’Attard u taż-żoni li ġew affettwati, il-Flyover missna staqsejna n-nies tal-Marsa.”
Fil-programm ħa sehem ukoll il-Ministru għall-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg.
Huwa nnota kif wara kritika fuq il-proġett tas-Central Link li għal snin twal, dan baqa’ fuq il-karta, sa minn żmien George Borg Olivier, kien dan il-Gvern li għamlu u issa n-nies qed jiffrankaw il-ħin mit-traffiku u pajjiżna qed jiffranka l-emmissjonijiet żejda.
Il-Ministru Borg stqarr: “Imma n-nies qed jaraw li s-siġar baqgħu hemm li l-effiċjenza żdiedet, l-emissjonijiet naqsu u allura staqsu n-nies li jibgħatuli jinfrankaw kwarta, għoxrin minuta.”