Tħabbret b’mod uffiċjali r-raba’ edizzjoni tal-VisitMalta Women’s International Friendlies bejn Malta, l-Albanija, il-Gżejjer Faroe u l-Belarus. Dan f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Grawnd taċ-Ċentinarju u li għaliha attenda wkoll il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo.
Dawn il-logħbiet se jkunu qed isiru bejn it-22 u l-25 ta’ Frar li ġejjin.
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Manuela Tesse, sostniet l-importanza tal-organizzazzjoni ta’ dawn il-logħbiet għat-tim Malti quddiem kompetizzjonijiet importanti li se jseħħu fix-xhur li ġejjin.
Stqarret, “First of all it’s important we have a friendly match because we are not in the playoff or the playout so these are the first weeks and these are very important. The time is the same time of the games we have in the future and so playing after three games will help us in our Nations League.”
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Carlo Micallef, irrimarka li l-MTA mill-bidu emmnet fil-futbol tan-nisa bħala katalist għat-turiżmu sportiv li jgħin biex aktar turisti jiġu attirati lejn pajjiżna fix-xhur xitwin ukoll.
Sadanittant, il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, irrimarka kif is-sena li għaddiet kienet l-aqwa waħda għat-turiżmu sportiv, anke għall-impatt soċjo-ekonomiku u sportiv li jġib.
Qal, “Minn banda qegħdin inżewġu l-isport mat-turiżmu fejn qed nagħtu l-opportunità lit-tfajliet tat-tim Malti biex jikkompetu ma’ timijiet oħrajn u f’dak l-istess waqt qed naraw li dawn jattiraw it-turiżmu lejn pajjiżna u jagħtu wkoll reklam tajjeb lil pajjiżna lil hinn minn xtutna.”