Tħabbret il-mewt tal-Preżentatur popolari Amerikan Larry King.
Huwa ħalla din id-dinja fl-età ta’ 87 sena meta kien qed jingħata l-kura fi sptar f’Los Angeles għaliex kien pożittiv għall-Covid-19.
King kellu problemi kbar ta’ saħħa hekk kif filwaqt li kellu d-dijabete tat-tip tnejn, kanċer fil-pulmun, u fl-aħħar snin sofra wkoll minn attakki tal-qalb fost l-oħrajn.
Huwa beda jikseb il-fama lura fl-1970 bil-programm tar-radju tiegħu ‘The Larry King Show’ biex imbagħad beda l-programm tiegħu ‘Larry King Live’ fuq l-istazzjon CNN.
Huwa jibqa’ magħruf għal mod ta’ kif kien jistaqsi l-iktar mistoqsijiet pertinenti, iżda qosra u diretti.
Huwa għamel il-fuq minn 7,000 programm f’temp ta’ madwar 25 sena.
L-aħbar ta’ mewtu illum ħadet lil bosta lura għal dan l-aħħar programm tiegħu li kien għalqu b’dan il-mod.