Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tal-eks Segretarju Parlamentari, in-Nutar Rabti Tony Abela, fl-għomor ta’ 66 sena.
In-Nutar Abela kien ġie elett għall-ewwel darba fil-parlment fl-1987, u mbagħad reġa’ tela’ fl-1996, fl-1998, u fl-2003. Fl-2015 reġa’ daħal fil-parlament wara elezzjoni każwali iżda ma ħariġx għall-elezzjoni li għaddiet.
Huwa serva bħala Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn l-2003 u l-2008,u kellu taħt ir-responsabbiltà tiegħu l-ekonomija u anki d-difiża.
In-Nutar Abela twieled fl-14 ta’ Jannar 1956 u studja fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi u fl-Università ta’ Malta.
Intant, fi Tweet, il-Prim Ministru u Mexxej tal-partit Laburista, Robert Abela, esprima d-dispjaċir tiegħu għall-mewt tan-Nutar Abela u ta l-għomor lill-familja tiegħu.