Tħabbret il-mewt tal-artist Malti Philip Chirchop, li hu magħruf l-aktar bħala wieħed mill-pijunieri tal-arti astratta f’Malta.
Chirchop twieled fl-1943 u trabba’ Ħaż-Żebbuġ. Għal 10 snin kien jattendi l-iskola tal-Arti tal-Gvern. Huwa kien student ta‘ George Borg, Antoine Camilleri, Karmenu Mangion uu Esprit Barthet. Fl-1972 huwa ħa kors f’Perugia fejn imbagħad dam jgħalllem għal 43 sena.
L-arti tiegħu kienet iffokata l-aktar fuq l-espressjoniżmu astratt.
Bosta kienu dawk li esprimew is-sogħba tagħhom għal din it-telfa.