Tħabbar ir-ritorn lejn Malta tal-Ispartan Trifecta – avveniment sportiv magħruf mad-dinja kollha li se jsir f’Malta fid-dsatax u l-għoxrin t’Ottubru li ġej.
Dan it-tmiem il-ġimgħa mistennija jara eluf ta’ atleti, kemm lokali u anke barranin li se jiġu apposta għal dan l-avveniment.
L-atleti se jkollhom iċ-ċans jipparteċipaw f’tiġrijiet b’diversi ostakli li jittestjaw is-saħħa, l-aġilità u r-reżistenza mentali tagħhom.
L-atleti jistgħu jagħżlu minn erba’ formats ta’ tiġrijiet differenti: Sprint, Super, Beast, u Kids, kollha mfassla biex jakkomodaw livelli ta’ ħiliet u kapaċitajiet differenti.
Per eżempju, se jkun hemm tellieqa ta’ wieħed u għoxrin kilometru minn Ta’ Qali għall-Imdina u lura, b’kors tal-ostakli mal-kosta. Se jkun hemm ukoll tiġrijijiet ta’ ħames u għaxar kilometri, u anki oħrajn iqsar għat-tfal.
Nikolas Morcone, id-Direttur tal-Ispartan Trifecta, kellimna aktar dwar dan l-avveniment.
“For the first time in history, we have 2024 final series here in Malta which we have awards and money prices, so a lot of people come to compete, best in Europe for sure, but also we have a classification for amateurs and competitive group.”
Nikolas Morcone – Direttur, Spartan Trifecta Weekend
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo tkellem magħna dwar is-sinifikat ta’ avveniment bħal dan.
“Avveniment bħal dan f’Ottubru jfisser li se jkollna iżjed turisti jattendu f’dan ix-xahar biex b’hekk nagħtu spinta biex naraw ix-xhur tax-Xitwa jkunu wkoll sostenibbli mill-att turistiku. Apparti minn hekk, qed naraw ukoll avveniment sportiv illi għalih l-atleti lokali jistgħu jipparteċipaw hawn Malta stess u ma jkollomx għalfejn isiefru, u għalhekk dan huwa parti mill-istrateġija tagħna sabiex naraw ma jgawdux minnu t-turisti imma jgawdu wkoll l-familji Maltin u Għawdxin għax wara kollox mit-turiżmu verament igawdi kulħadd.”
Il-Ministru Clayton Bartolo
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Carlo Micallef, innota kif it-turiżmu llum il-ġurnata huwa diversifikat u qed jattira nies b’interessi differenti, fosthom atleti, li b’dawn l-attivitajiet qed jiġu Malta.