Il-kumpanija nazzjonali taż-żfin, ŻfinMalta, ħabbret il-programm tal-istaġun 2023 u 2024.
Dan l-istaġun ser ikun maqsum f’7 oqsma differenti: produzzjonijiet, żjajjar ta’ ŻfinMalta, sensibilizzazzjoni, edukazzjoni, parteċipazzjoni, żvilupp tal-artisti u riżorsi online.
Fejn jidħlu produzzjonijiet, f’Ottubru li ġej ser isir ‘Aerial’, proġett parti min-NotteBianca 2023 b’Koreografija ta’ Paolo Mangiola. F’Novembru li ġej ser isir ‘Ħolm tal-Milied?’,spettaklu tal-Milied ma’ The New Victorians b’koregorafija ta’ Adriano Bolognino.
Is-sena d-dieħla, fi Frar ser isiru ‘ŻfinDays 2024’, żewġ spettakli b’koreografija ta’ Ambra Senatore u Mauro Bigonzetti. F’Marzu mbagħad ser isir ‘intimate żfin’ bħala pati mill-Maltabiennale.art 2024 ma’ Alexandra Alden u l-banda tagħha, b’koreografija ta’ Paolo Mangiola.
F’April ser isiru ‘Dances for Gozo’ f’żewġ spettakli b’koreografija ta’ Mauro Bigonzetti u Lelsey Telford.F’Mejju ser isir ‘Geographer of solitude b’Koproduzzjoni bejn ŻfinMalta u Ballet D’Jerri b’Koreografija ta’ Paolo Mangiola. F’Ġunju ser isir, ‘Voices At The End’ li bħala parti mill-Malta International Arts Festival Koreografija ta’ Paolo Mangiola.Dan ser jinqasam f’żewġ spettakli.
Fil-qasam ta’ żjajjar ta’ ŻfinMalta, hemm skeda ta’ żjajjar internazzjonali.
Il-bqija tal-iskeda tikkonisti minn taħdidiet interattivi pubbliċi mill-perspettiva ta’ esperti lil’ hinn miż-żfin, Provi miftuħa fejn l-udjenzi jittieħdu wara l-kwinti waqt il-proċess ta’ kreazzjoni, Klassijiet Komunitarji ta’ filgħaxija għal kulħadd, sessjonijiet ta’ ħidma dwar il-moviment, intensivi, u opportunitajiet ta’ taħriġ fuq it-teknika fost oħrajn.
Bħala riżorsi online wieħed jista’ jsib filmati fuq l-għamla taż-żfin u fuq stejjer ta’ żfin u ŻfinMalta Podcasts, konverżazzjonijiet fuq iż-żfin.