Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li wara li lbieraħ kien hemm żbroff tad-drenaġġ fiż-żona tas-Siren’s f’San Pawl il-Baħar, u għalkemm dan liż-żbroff tneħħa, bħala prekawzjoni u sakemm jiġu kkonfermati r-riżultati tal-kampjuni miġbura, mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona kif indikat:
Malta – fiż-żona tas-Siren’s, San Pawl il-Baħar (Kodiċi tas-Sit C 22).
Tabelli li jindikaw dan l-għeluq ġew imwaħħla fiż-żona kif indikata fil-mappa li qed tidher fir-ritratt.
Għal aktar informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon (+356) 2133 7333 mit-8.00 ta’ filgħodu sas-2.30 ta’ wara nofsinhar jew jibgħat e-mail fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa l-Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera. Barra dawn il-ħinijiet, il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iċempel fuq is-sistema awtomatika (+356) 2182 7146 jew fuq il-mobile għal Malta numru (+356) 7950 9918 u għal Għawdex numru (+356) 7950 9919.
Il-pubbliku jista’ wkoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttp://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/EHRM/Pages/Bathing-Water-Programme.aspx għal informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm.