Huwa minnu li jekk naqta’ x-xorb għal xahar se nara differenza f’saħħti?
Eluf qed jagħmlu dan bħala parti mill-kampanja Go Sober for October madwar l-Ewropa u r-Renju Unit. Il-fondi miġbura għal dan se jmorru għar-riċerka tal-kanċer.
Apparti l-ġest nobbli wara din il-kampanja, esperi jgħidu li jekk wieħed jaqta’ x-xorb kompletament għal xahar sħiħ se jinnutaw li jkollhom iktar enerġija, se jorqdu aħjar, u l-iktar waħda pjaċevoli għas-sieħeb jew is-sieħba, se jonħru inqas!
Kampanja simili ssir ukoll f’Jannar, magħrufa bħala Dry January, li għal ħafna saret rutina fil-kalendarju tagħhom minħabba l-konsum eċċessiv tal-akaħol fi żmien il-festi. F’Jannar tal-2017, 5 miljun Ewropew ipparteċipaw f’din il-kampanja.
Nippruvawha tgħid?