Għada l-Ħadd, u għalkemm darba kien qal li ma jridx attivitajiet politiċil l-Ħadd, Simon Busuttil jagħmel messaġġ politiku żgur.
Jekk hux f’każin jew intervista jiddeċiedi skont l-attendenza li jaħseb li jista’ jkollu. Peró jkun fejn ikun hemm ċans kbir li se jgħidilna li ltaqa’ ma’ xi ħadd u qallu storja. M’għandniex xi ngħidu din se tkun storja negattiva. Għax toħroġ il-għaġeb ma’ kull minn jiltaqa’ l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu problema jew għaddej minn mument ħażin.
Bħal dik il-mara li ltaqa’ magħha qabel mar Dissett u qaltlu li neħħewlha l-benefiċċji. Iżda, minkejja li kitiblu l-Ministru għall-Politika Soċjali biex jinvestiga l-każ ġie jaqa’ u jqum u ma weġibx lura.
Jew bħal dak ir-raġel li qal li sofra inġustizzja l-ETC. Anke hawn kitiblu ċ-ċermen tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ biex jinvestiga, iżda minkejja dan Simon Busuttil ukoll ma weġbux lura.
U fl-aħħar jiem fil-Parlament qal li ltaqa’ ma’ pensjonanti li ma nafx kemm qalulu li jridu jdumu jfaddlu biex itellgħu miljun ewro. Messu tahom l-eżempju ta’ Beppe li b’dak li jiddikjara (u nista’ ngħid b’ċertezza li mhux ħafna) xorta waħda għaqqad miljun ewro. Min jaf forsi kien se jtihom xi parir.
Insomma, min jaf ma min jiltaqa’ għada? Nittamaw li jekk ikun iltaqa’ miegħu veru ma jużahx u jarmih u meta jgħidulu biex jgħaddi t-tagħrif ħa toħroġ il-verità jgħaddih.
Insomma, fuq kollox jaf ma jgħidx ma’ min iltaqa’. Għax meta kien iltaqa’ mal-whistleblower fl-iskandlu ta’ Għawdex u ma’ Gaffarena ma kienx qalilna. Kellna nsiru nafu minn bnadi oħra.