Tfajla ta’ 22 sena mill-Veneżwela li ġiet f’pajjiżna biex tistudja l-Ingliż, ammettiet li s-Sibt filgħaxija serqet minn ħames ħwienet.
Krisny Valeska Sanches Castillo xehdet li riedet tixtri xi ħaġa lill-ommha bħala ringrazzjament u indunat li ma kellhiex flus biżżejjed.
Allura meta sabet l-oġġetti li xtaqet tixtri, neħħitilhom l-allarm u ħadithom. Fil-Qorti kien innutat li l-akkużata, li se tibqa’ Malta sa nhar is-Sibt, kienet irritornat l-oġġetti kollha misruqa.
Hija ngħatat il-libertà kkundizzjonata għal tmintax–il xahar; bis-sentenza se tibqa’ tidher fil-kondotta tagħha.