Mara li ddikjarat li xtrat il-biljett rebbieħ ta’ lotterija ta’ sitta u għoxrin miljun ewro f’Kalifornja, qalet li ħalliet il-biljett f’but ta’ qalziet u nqered fil-magna tal-ħasil.
Il-biljett rebbieħ inbigħ f’ħanut f’Los Angeles f’Novembru.
Il-mara dehret tixtri l-biljett fil-ħin u l-post li qalet minn fuq filmat elevat minn kameras tas-sigurtà fl-imsemmi ħanut.
Il-ġurnata sa meta setgħet tieħu l-flus li rebħet kienet il-Ħamis u l-organizzaturi tal-lotterija qalu li r-rebħa għandha tkun validata mhux iktar tard minn 180 ġurnata mill-ġurnata li jitilgħu n-numri, li kienet fl-14 ta’ Novembru.
Ħaddiem fil-ħanut minn fejn il-mara allegat li xtrat il-biljett rebbieħ, qal li l-imsemmija mara marret fil-ħanut l-Erbgħa u qalet li hi xtrat il-biljett rebbieħ imma tilfitu u taħseb li nqered f’ħasla li kienet għamlet dik il-ġimgħa.
Kelliema għall-kumpanija tal-lotterija qalet li l-filmat tagħha tixtri l-biljett mhux se jkun biżżejjed biex jissostanzja d-dikjarazzjoni tal-mara.