Dean Donovan Frendo, iż-żagħżugħ ta’ 23 sena akkużat li qatel f’hit and run lil Antoine Degabriele fiż-Żejtun, kien qal lil ħabibtu li kien għadu kemm tajjar lil xi ħadd u ma kellux aptit jiltaqa’ magħha.
Dan id-dettall ħareġ meta l-Erbgħa kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda f’dan il-każ, li fih iż-żagħżugħ qed iwieġeb li mhux ħati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fis-seduta tal-lum xehdet il-ħabiba taż-żagħżugħ, li qalet li Frendo kien bagħtilha ritratt tal-karozza bil-windscreen imkisser u li wara ħassret il-konverżazzjoni li kellhom fuq l-Instagram u qalet biha lil nannitha u lill-pulizija.
Fil-Qorti xehed ukoll Surġent tal-Pulizija, li qalet li l-kuġin tal-vittma kien inkwetat li Degabriele ma rritornax lura d-dar u għamel rapport għand il-Pulizija.