Permezz ta’ intervent fil-plenarji fi Strasburgu, il-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar tkellmet dwar l-importanza li Malta tibqa’ tassigura l-iffinanzjar ta’ proġetti marbuta mat-trasport u l-enerġija.
F’dibattitu li ntemm b’vot dwar programm li huwa pass eqreb sabiex jiġu assigurati tletin biljun ewro li jistgħu jintużaw fi proġetti diġitali ta’ trasport jew enerġija madwar l-Ewropa, il-Membru Parlamentari Ewropew Maltija fakkret kif proġetti bħal dak tal-Marsa Junction ma kinux ikunu possibli li kieku ma kienx għal dan il-programm.
Cutajar tenniet ukoll l-importanza li dawn il-fondi jintużaw biex jassiguraw is-sigurtà tal-enerġija għal gżejjer bħal Malta li għadhom mhumiex konnessi man-Netwerk tal-Gass Ewropew.