Michael Charles Muscat, anzjan ta’ 74 sena minn Birżebbuġia inżamm arrestat wara li ġie mixli li kkorrompa u li kellu attività sesswali ma’ tifel ta’ 13-il sena. Muscat kien akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu ritratti u pitturi indiċenti ta’ persuni taħt l-età.
Muscat, li diġa skonta sentenza oħra ta’ sitt snin fuq pedofelija u li tgħallem ipitter waqt li kien il-ħabs, jidher li ma swietux ta’ tagħlima din is-sentenza, hekk kif wara li ħareġ mill-ħabs, jidher li beda jpitter pitturi ta’ tfal mingħajr ħwejjeġ jagħmlu atti sesswali ma’ persuni kbar fl-età.
Liema pitturi ġew preżentati fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.
Michael Charles, li stqarr li qatt ma’ ltaqà m’ommu u missieru, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih bil-Maġistrat tordna li jinżamm arrestat sakemm ikompli jinstemà l-każ.