Fil-grawnd taċ-Ċentinarju ltqajna mad-direttur tar-refereeing, Kevin Azzopardi, spjegalna l-bidliet riċenti li saru fir-regoli tal-futbol li fi kliemu se jagħtu iktar ġustizzja sportiva fil-pitch dak il-ħin stess u dawk it-timijiet li jużaw tatika pożittiva ikunu premajti.
L-ewwel tibdila maġġuri hija l-kick off fejn issa l-ballun jista’ jintlab lura għaliex qabel il-logħbob setgħa jibda biss bil-ballun imur ’il quddiem.
It-tieni bidla hija dik tat-trattament ta’ plejers li jkunu weġġgħu. Qabel dan kien ikollu joħroġ mill-ground u l-istess tim tiegħek ikun zvantaġġat għaliex jilgħab bi plejer inqas. Ir-regola l-ġdida tgħid li jekk l-avversarju jkun ammonit, il-plejer imweġġa’ għandu dritt jiġi mdewwi fil-ground jekk dan ma jkunx iktar minn 20 jew 30 sekonda.
Iżda finalment, il-qofol ta’ kollox kien fir-regola magħrufa bħala dogso għaliex fejn qabel kien ikollok tkeċċija fuq l-aħħar plejer li jagħmel ‘foul’ f’każ ta’ ċans ovvju ta’ gowl.
https://youtu.be/rqE_qn69mGk
Kienet il-logħba f’Għawdex bejn Oratory Youths u Għajnsielem li xprunat waħda mill-bidliet riċenti li saru fir-regoli tal-futbol. Tkellimna mar-referee tal-logħba Ishmael Barbara.
https://youtu.be/xNRTi1RXcvM
Bl-istaġuni tal-futbol f’diversi pajjiżi f’dawn il-jiem minn jaf kemm ir-referee se jlaqqat żewġ kelmiet xejn sbieħ sakemm id-dilettanti jidra dawn il-bidliet u jifhem li l-uffiċjal tal-loghba għandu raġun.