Kopja ffirmata ta’ traskrizzjoni tal-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern tinsulta mexxej tal-oppożizzjoni nbiegħet għal aktar minn NZ$100,000 – jiġifieri €59,360.
Il-kumment offensiv inqabad minn mikrofoni wara skambju jaħraq mal-Kap tal-partit ACT David Seymour.
Jacinda Ardern aktar tard skużat ruħha għall-kummenti li għaddiet, u David Seymour ippropona li jużaw dan l-episodju biex jingħaqdu u jiġbru flus għall-Fondazzjoni tal-Kanċer tal-Prostata ta’ New Zealand.
Waqt dibattitu parlamentari l-ġimgħa li għaddiet, il-Prim Ministru Ardern qalet, minn taħt l-ilsien meta poġġiet bilqiegħda, li Seymour hwua “such an arrogant prick.”
Il-kumment inqabad mill-mikrofonu tagħha u tniżżel fir-rekord parlamentari uffiċjali.
Wara li Seymour talab aploġija, it-tnejn qablu li joffru t-trakrizzjoni f’irkant. Inaftti, it-tnejn iffirmaw kopja ta’ din it-traskrizzjoni tar-rekord parlamentari, li ġie inkwadrat u irkantat onlajn.