Mara ta’ 63 sena kellha inċident sfortunat hekk kif għaddiet xarabank minn fuq saqajha wara li waqgħet minn fuq il-bankina. L-inċident seħħ fl-inħawi tal-isptar Mater Dei.
Ix-xarabank kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 57 sena residenti l-Imtarfa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti lill-mara iżda l-kundizzjoni medika tagħha għadha mhux magħrufa.L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.