Iċ-Ċina formalment irrevediet il-liġijiet tagħha biex issa qed tippermetti lill-koppji jkollhom sa tlett itfal.
Din hija waħda minn diversi liġijiet li għaddew tul il-jum tal-Ġimgħa f’laqgħa mal-ogħla uffiċjali inkarigati mil-liġijiet fil-pajjiż, waqt Kungress Nazzjonali.
F’Mejju li għadda, iċ-Ċina kienet ħabbret li qed tippjana tħalli koppji jkollhom sa tlett itfal biex iżżid il-popolazzjoni.
Dik id-deċiżjoni issa għaddiet formalment bħala liġi, flimkien ma’ diversi riżoluzzjonijiet oħra li għandhom l-għan li jżidu r-rata ta’ twelid fil-pajjiż.
Ċifri riċenti taċ-ċensiment juru tnaqqis qawwi fir-rata ta’ twelid fiċ-Ċina. Fl-elfejn u sittax, il-pajjiż neħħa l-liġi li koppja jkollha biss tarbija waħda, u żiedha għal żewġt itfal, però din il-bidla fil-liġi xorta ma laħqitx l-għanijiet tal-Gvern biex tiżdied ir-rata tat-twelid.