It-Tnejn, fil-Parlament Malti, għaddiet b’mod unanimu l-Liġi dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Din il-liġi, se tinkludi fost l-oħrajn aktar infurzar, permezz ta’ pieni aktar ħorox, sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-ħaddiema.
B’rabta ma’ dan, permezz ta’ post fuq il-pjattaforma soċjali X, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li din il-liġi se żżid aktar protezzjoni fuq il-ħaddiema, hekk kif kull ħaddiem jistħoqqlu li jiġi trattat b’dinjità.
Today in Parliament, @MaltaGov passed a new Health & Safety law to enhance workplace protections. Stronger enforcement and harsher penalties are key to this reform. We believe every worker deserves equal protection and dignity. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) July 15, 2024
Sadanittant aktar kmieni llum qabel għaddiet il-liġi, il-Kamra Maltija tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija fi stqarrija li ħarġet, qalet li l-Kamra repetutament sostniet fuq l-importanza li tingħata l-attenzjoni urġenti is-saħħa u sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol, sabiex ikunu evitati l-inċidenti u l-imwiet.
Il-Kamra qalet li barra li waslet il-fehmiet tagħha fuq is-suġġett, waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika is-sena l-oħra, u saħansitra anki waqt it-Tieni Qari tal-Abbozz ta’ Liġi b’rabta mal-liġi dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol qalet li tilqa l-abbozz li fost oħrajn jinkludi pieni aktar b’saħħithom favur li l-ħaddiema f’pajjiżna biex ikunu ssalvagwardjati.