Il-Parlament Portugiż ivvota favur sabiex tiġi legalizzata l-ewtanasja.
Dan ser jagħmel lill-Portugall bħala s-seba’ pajjiż fid-dinja li jippermetti lill-pazjenti morda b’mard terminali jfittxu assistenza minn tabib sabiex itemmu ħajjithom.
Persuni li għandhom aktar minn 18-il sena se jitħallew jagħmlu dan jekk ikollhom mard terminali jew ikunu jbatu minn uġigħ insapportabbli. Dan dejjem f’konformità li l-individwu huwa mentalment stabbli li jieħu t-tali deċiżjoni.
Il-proċess se jkun miftuħ biss għaċ-ċittadini nazzjonali u residenti legali sabiex jipprevjeni milli persuni jivvjaġġaw lejn il-Portugall sabiex jagħmlu dan.
Il-liġi issa tinsab f’idejn il-President Portugiż għall-approvazzjoni finali. Huwa tenna li ser ikun qed jirrispetta l-vot tal-Parlament.