B’referenza għall-ħtieġa ta’ pairing għad-Deputat Prim Ministru Louis Grech, li bħalissa jinsab assenti mix-xogħol Parlamentari minħabba raġuniijiet ta’ saħħa, il-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia qal li qatt ma sema’ xejn mingħand il-Whip tal-Oppożizzjoni David Agius.
Filwaqt li Agius talab lis-Sejda biex jiġi investigat rappurtaġġ li deher fuq il-media, li fi kliemu allega li l-Oppożizzjoni ma riedx jagħmel pairing għad-Deputat Prim Ministru, il-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia kien pront iqum iwieġeb li Agius ma kienx wieġeb dwar din il-materja minkejja li għaddiet ġimgħa.