Jirriżulta li l-ħaddiem Malti m’għandux xi jgerger għal dawk li huma ġranet mingħajr xogħol.
Fil-fatt pajjiżna huwa dak fid-dinja fejn il-ħaddiema għandhom l-iktar jiem bla xogħol u li għalihom jitħallas. Dan bejn il-leave li huma intitolati għalih bil-liġi u l-festi pubbliċi. Dan jirriżulta minn analiżi tal-Organizazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u Żvilupp, l-OECD.
Jirriżulta li b’24 jum leave Malta għandha fost l-ogħla rati ta’ leave imħallas anke jekk wara r-Renju Unit u Franza. Iżda, imbagħad naqbżuhom meta niġu għall-festi pubbliċi. Fil-fatt mal-24 jum leave jingħaqdu 14-il jum ieħor. L-agħar li marru huma n-nies tal-Istati Uniti fejn m’hemmx liġi li tipprovdi għall-leave bi ħlas. Fin-naħa ta’ isfel tal-lista hemm ukoll il-Messiku u t-Turkija.