Wara li ħarġet l-inkjesta ta’ Capital One, fil-Partit Nazzjonalista reġgħu bdew ċerti movimenti kontra Mario De Marco.
Il-kandidat Salvu Mallia kien ċar u għajru bla prinċipju anke jekk mhux b’mod dirett.
“Jien tlift progamm għax nemmen fil-prinċipji tiegħi u Pia Zammit irriżenjat mill-bord tal-Manoel. Iżda, mid-dehra nies bħalna huma minoranza żgħira ħafna fejn jidħlu l-flus,” qal Mallia fuq facebeook fejn miegħu kompla l-attivist u fan ta’ Daphne Caruana Galizia, Antoine Vella.
Dan kiteb li lbieraħ in-Nazzjonalisti se joħorġu l-flus imma mbagħad deputati u kandidati mhumiex lesti jagħmlu sagrifiċċju u jitilfu biċċa negozju.
Caruana Galizia qalet li s-sehem ta’ De Marco mhux aċċettabbli. Tenniet li Demarco għandu jitlaq jew jirtira. Għalkemm Caruana Galizia żiedet tgħid li issa anke għal dik l-għażla hija tard wisq.